Festa f’ġieħ San Duminku – Birgu
23-31 ta’ Awissu’2008.
Is-Sibt, 23 ta’ Awissu: Jum l-Għaqdiet.
6.00pm Rużarju u Quddiesa ċċelebrata mill-Pirjol P.Joe Bonnici o.p.
Il-Ħadd, 24 ta’ Awissu: Jum iż-Żgħażagħ
10.00am Quddiesa ċċelebrata minn P.Clauio Borg O.P., Direttur Spiritwali taż-Żgħażagħ u animata miż-Żgħażagħ tal-Festa. Din il-Quddiesa tiġi mxandra fuq l-istazzjon ta’ Radju Marija.
It-Tnejn, 25 ta’ Awissu: Jum it-tfal u l-Abbatini
6.00pm Rużarju u Quddiesa ċċelebrata minn P.Justin Schembri O.P.
It-Tlieta,26 ta’ Awissu: Jum il-Lajċi Dumnikani
6.00 pm Rużarju mmexxi mil-Lajċi O.P. u Quddiesa Konċelebrata bl-omelija, immexxija mill-E.T. l-Isqof Emeritus, Mons. Nikol Cauchi, flimkien mal-Promutur Provinċjali u Assistenti promuturi oħra tal-Lajċi O.P..
TRIDU—Predikatur tat-Tridu se jkun P.Mario Borg O.C.D.
L-Erbgħa, 27 ta’ Awissu: Jum il-Missjoni
6.00pm Rużarju, Quddiesa ċċelebrata mill-Pirjol tal-Komunita’ St.Tereża–Bormla, P.Robert Grech O.C.D. . Wara l-Quddiesa, tingħad il-kurunella u jitkantaw l-Innu u l-Antifona ta’ S.Duminku u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis, 28 ta’ Awissu Jum l-Anzjani ul Benefatturi
10.00am Quddiesa ċċelebrata mill-Pirjol P.Joe Bonnici OP flimkien ma’ l-Arċipriet tal-Birgu, Kan. Joe Caruana, għall-anzjani tal-Birgu, Apap Institute, grupp anzjani mill-parroċċa ta’ G’manġa u tal-Home “Santa Margerita” –Bormla.
6.00pm Kollox bħall-jum ta’ qabel. Il-Quddiesa tkun immexxija minn P.Ġwakkin Mercieca O.F.M.. Cap. f’isem il-Komunita’ Kappuċċina tal-Kalkara.
Il-Ġimgħa, 29 ta’ Awissu Jum il-Vokazzjonijiet Dumnikani
6.00 pm Kollox bħall-jum ta’ qabel. Il-Quddiesa tkun immexxija mill-Pirjol u Kappillan ta’ Ġwardamanġa, P.Michael Camilleri O.P.
LEJLET IL-FESTA
Is-Sibt, 30 ta’ Awissu Jum l-Organizzaturi tal-Festa
7.30 am Quddiesa bil-kant ta’ radd il-ħajr -- Te Deum.
6.00 pm Trnaslazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Missierna S.Duminku mill-W.Rev. Provinċjal P.Pawl Gatt O.P., Quddiesa u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
JUM IL-FESTA
IL-ĦADD, 31 TA’ AWISSU
6.00 am Quddiesa .
7.00 am Quddiesa Konċelebrata, immexxija mill-E.T. l-Isqof Mons. Adeodato Micallef O.C.D. flimkien ma’ l-Arċiprieti u r-retturi tal-Knejjes
tal-Kottenera.
8.00 am Quddiesa mill-W.Rev. Arċipriet tal-Birgu,Kan. Joe Caruana.
9.15 am Quddiesa Solenni Pontifikali, immexxija mill-E.T. l-Arċisqof Emeritus, Mons. Ġużeppi Mercieca. ‘Jinseġ il-paniġierku il-Gwardjan ,P.Pawl Galea O.F.M. * Quddiesa trassmessa minn Radju Kottoner.
6.15 pm Quddiesa bil-kant u s-sehem ta’ l-istudenti O.P., immexxija minn P.Charles Fenech O.P. ,surmast ta’ l-istudenti Dumnikani.
7.15 pm Purċissjoni mmexxija mill-W.Rev. Provinċjal, P.Pawl Gatt O.P. flimkien mal-Komunita’ Dumnikana. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: ħruġ mill-knisja, Il-Mina l-Kbira, Misraħ ir-Rebħa, S.Filippu, P.Indri Vella, Sta. Skolastika, Hilda Tabone, Il-Kwartier, Paċifiku Scicluna, L-Arċisqof Mikiel Gonzi, It-Torri ta’ S.Ġwann, Il-Mina l-Kbira għall-Knisja, fejn fid-dħul titkanta l-Antifona. Nagħlqu l-festi ta’ ġewwa biċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Mużika tal-jiem tal-festa tkun tas-surmastrijiet Buġeja.
Fit-Tridu u lejlet il-festa jieħu sehem il-kor tal-Lunzjata taħt it-tmexxija ta’ P.Ġorġ Grech O.P.
Fit-Translazzjoni u nhar il-festa, il-mużika tkun immexxija minn P.Salv Galea O.P.