Dumnikani fil-Birgu

Ħafna jisimgħu li neżistu meta nagħmlu l-festa ta’ San Duminku fl-aħħar Ħadd t’Awissu. Aħna ma neżistux darba fis-sena, imma ngħixu kuljum. Ngħixu flimkien ma’ mijiet u eluf ta’ nies oħra li magħhom naqsmu l-esperjenża tal-ħajja bit-tlugħ u l-inżul tagħha.

Dawn in-nies kollha ma jgħixux biss fil-belt meraviljuża tal-Birgu, imma fil-Kottonera ufl-inħawi kollha ta’ ta madwarha wkoll.  Fil-fatt, minkejja li l-kunvent tagħna jinsab il-Birgu, il-missjoni tagħna m’hijiex marbuta biss ma’ din il-parroċċa, imma tmur lil hinn u fil-bogħod.  Jekk tqis l-impenji pastorali li għandna bħalissa, taħseb li l-komunita’ tagħna hi waħda kbira tassew.  Imma fil-fatt m’huwiex hekk. Aħna komunita’ żgħira, imma l-ħidma tagħna hi mifruxa mhux ħażin.

Kull ġimgħa, regolarment aħna nagħtu servizz pastorali fit-Tarzna, fil-parrocci ta’ l-Isla u ta’ Bormla, Fl’Istitut ta’San-Ġużepp ta’ Ħaż-Żabbar, fil-ħabs ta’Kordin, kif ukoll f’diversi skejjel tal-Kottonera.

Barra minn hekk, nagħtu wkoll is-sehem pastorali tagħna fl-Istitut ta’Apap ta’ Santa Venera, f’kominita’ Neokatekumenali fil-Ħamrun, f’ ħidma maż-żagħażagħ f’Bormla, f’għajnuna lil nies fil-bżonn permezz ta’ Daritama, bis-sehem tagħna f’diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju, fl-Universita’ ta’ Malta, fix-xandir b’Radju Kottoner 98FM, kif ukoll b’ħidmiet f’bosta parroċċi barra l-Kottonera u anki f’Għawdex.

Fil-Birgu, imbagħad, aħna nagħtu xhieda ta’ Komunita` ta’ talb konventwali u komunitarju; ninsabu disposti għall-għajnuna spiritwali li tintalab minna; u nagħtu sehem siewi tagħna fil-ħidma pastorali tal-paroċċa u fl-istess knisja parrokkjali.

Din hi l-esperjenza tagħna, li hi kontinwazzjoni ta’ ħafna Dumnikani oħra li mill-Birgu wrew it-twemmin tagħhom f’Alla u r-rieda li jxerrdu Saltnatu fostna u inxadru kif xandar Missierna San Duminku ta’ Guzman.